(erba') kelmiet jigru

(erba') kelmiet jigru

Kors ta' kitba kreattiva

Id-Dipartiment tal-Malti qed ifassal kors ta’ kitba kreattiva għaż-żgħażagħ fis-sajf. Permezz ta’ kors bħal dan, l-istudenti se jiktbu affarijiet li qatt ma kitbu bħalhom. Jekk is-soltu jiktbu l-komponimenti issa se jiktbu l-poeżiji, id-deskrizzjonijiet fantastiċi u l-karattri strambi u mhux tas-soltu. Kors bħal dan jgħin lill-istudenti jimirħu u jmorru f’dinjiet differenti li mbagħad jistgħu jiktbuhom u jaqsmuhom mal-oħrajn.

L-etajiet huma bejn 14-16-il sena. 

Is-sessjonijiet se jkunu 6. Jibdew f’Lulju u jibqgħu sejrin f’Awwissu 2025.

Kull sessjoni se jkollha 3 sigħat u fiha t-tfal ikollhom dewqa tal-proċess tal-kitba minn attività sa kitba sa qari. 

Meta? Kull nhar ta’ Erbgħa mit-2 ta’ Lulju sas-6 t’Awwissu 2025
Fejn? Il-Junior College
Ħin? 09:00 – 12:00 

Il-ħlas huwa ta’ EUR90 u jrid isir permezz tal-portal tal-ħlas online.

Irreġistra


Għal aktar informazzjoni, ibgħat email lil Dr David Aloisio.

 

Erba' Kelmiet Jiġru 25 poster 

Agħfas fuq il-poster biex tara verżjoni akbar.


https://www.jc.um.edu.mt/ouractivities/erbakelmietjigru