(erba') kelmiet jigru

(erba') kelmiet jigru

Kors ta' kitba kreattiva
Id-Dipartiment tal-Malti qed ifassal kors ta’ kitba kreattiva għaż-żgħażagħ fis-sajf. Permezz ta’ kors bħal dan, l-istudenti se jiktbu affarijiet li qatt ma kitbu bħalhom. Jekk is-soltu jiktbu l-komponimenti issa se jiktbu l-poeżiji, id-deskrizzjonijiet fantastiċi u l-karattri strambi u mhux tas-soltu. Kors bħal dan jgħin lill-istudenti jimirħu u jmorru f’dinjiet differenti li mbagħad jistgħu jiktbuhom u jaqsmuhom mal-oħrajn.

L-etajiet huma bejn 14-16-il sena. 

Is-sessjonijiet se jkunu 6. Jibdew f’Lulju u jibqgħu sejrin f’Awwissu 2025.

Kull sessjoni se jkollha 3 sigħat u fiha t-tfal ikollhom dewqa tal-proċess tal-kitba minn attività sa kitba sa qari. 

Informazzjoni dwar is-sessjonijiet ta’ din is-sena se tingħata dalwaqt.


https://www.jc.um.edu.mt/ourprogrammes/teenclubjc-summer/erbakelmietjigru/