(erba') kelmiet jigru

(erba') kelmiet jigru

Kors ta' kitba kreattiva
Id-Dipartiment tal-Malti qed ifassal kors ta’ kitba kreattiva għaż-żgħażagħ fis-sajf. Permezz ta’ kors bħal dan, l-istudenti se jiktbu affarijiet li qatt ma kitbu bħalhom. Jekk is-soltu jiktbu l-komponimenti issa se jiktbu l-poeżiji, id-deskrizzjonijiet fantastiċi u l-karattri strambi u mhux tas-soltu. Kors bħal dan jgħin lill-istudenti jimirħu u jmorru f’dinjiet differenti li mbagħad jistgħu jiktbuhom u jaqsmuhom mal-oħrajn.

L-etajiet huma bejn 14-16-il sena. 

Is-sessjonijiet se jkunu 6. Kull sessjoni se tkun twila 3 sigħat u fiha t-tfal ikollhom dewqa tal-proċess tal-kitba minn attività sa kitba sa qari. 

Meta? Kull nhar ta’ Erbgħa mil-15 ta’ Lulju sad-19 t’Awwissu 2026

Fejn? Il-Junior College

Ħin? 09:00 – 12:00 

Il-ħlas huwa ta’ EUR 170 u jrid isir permezz tal-portal tal-ħlas online.

Reġistrazzjonijiet jintlaqgħu sal-Ġimgħa 3 ta' Lulju (estiża mill-Ġimgħa 26 ta' Ġunju 2026).

Għal aktar informazzjoni, ibgħat email lil Dr David Aloisio.

Erba' Kelmiet Jigru 2026 Small

Agħfas fuq il-poster biex tara verżjoni akbar.


https://www.jc.um.edu.mt/ourprogrammes/teenclubjc-summer/erbakelmietjigru/