Mistoqsijiet komuni

Le. Biex tistudja l-Malti fil-livell Avvanzat jew Intermedju jeħtieġ li tkun studjajt il-Malti u ġibt il-kwalifiki neċessarji fil-livell Ordinarju.
Trid iġġib 5 jew iktar.
Trid iġġib 5 jew iktar.
Ikollok 6 sigħat fil-ġimgħa.
4 lectures, seminar tal-letteratura u tutorial.
Ikollok sagħtejn fil-ġimgħa.
Lecture letteratura u lecture lingwa.
Lingwa u lingwistika, u letteratura li tinqasam f'poeżija, stejjer qosra, rumanz, dramm u kritika letterarja.
Xi drabi mqar persuna ta' Simone Galea, Xemgħat ta' Trevor Żahra, Ħelsien ta' Ġużè Bonnici, Mal-Fanal hemm ħarstek tixgħel ta' Oliver Friggieri u Karnival ta' Francis Ebejer. Il-letturi stess jipprovdu materjal ieħor li jkollok bżonn.
Lingwa u lingwistika, u letteratura li tinqasam f'poeżija u rumanz.
Xi drabi mqar persuna ta' Simone Galea u Ħelsien ta' Ġużè Bonnici. Il-letturi stess jipprovdu materjal ieħor li jkollok bżonn.
Hemm 3 karti ta' tliet sigħat il-waħda. L-ewwel karta tindirizza l-lingwa u l-lingwistika, it-tieni karta tindirizza l-poeżija u l-kritika u t-tielet karta tindirizza l-proża.
Hemm karta waħda ta' tliet sigħat imqassma f'4 partijiet iddedikati lil-lingwa, il-lingwistika, il-poeżija u r-rumanz.
Mhux eħfef, imma differenti. Hemm inqas kontenut x'jiġi kopert u komponimenti ta' inqas tul. Imma dan ma jfissirx li l-Malti ma jridx ikun ta' kwalità għolja jew li ma jinkitibx b'ortografija u idjoma tajba. L-ammont ta' xogħol ma jtellef xejn mill-profondità tiegħu.
Qabelxejn ix-xogħlijiet li aħna mdorrijin bihom bħal għalliema, tradutturi u interpreti. Iżda mhux biss ... tista' taqbad it-triq tal-qarrejja tal-provi jew tal-editjar, il-linja tar-riċerka u l-intelliġenza artifiċjali, tista' tħares lejn l-għodod teknoloġiċi u l-Malti. Bil-Malti tista' taqbad ukoll it-triq tal-ġurnaliżmu jew tal-marketing jew anke xi xogħol maniġerjali jew fil-qasam tal-arti, bħat-teatru jew l-immaniġjar tal-oqsma tal-arti stess. 
 

https://www.jc.um.edu.mt/malti/mistoqsijietkomuni