CODE: MAL 1110
TITLE: Kif Niktbu għall-Qarrejja ż-Żgħar: Kors ta’ Kitba Kreattiva
MQF LEVEL: 5
ECTS CREDITS: 4
DEPARTMENT: Junior College
DESCRIPTION:
Dan il-kors huwa maqsum f'żewġ partijiet:
Fl-ewwel parti niffukaw fuq il-letteratura għat-tfal billi nagħżlu siltiet mil-letteratura Maltija u barranija ħalli jiġu analizzati t-tekniki li jintużaw mill-awturi.
Fit-tieni parti niffukaw fuq il-kitba u l-proċess tal-kitba li għandu jgħin lill-parteċipanti jifhmu iktar l-isfidi li l-kittieba għat-tfal jaffaċċjaw: sfidi bħal minn fejn iġġib l-ideat, kif tibni storja eċitanti u addattata, kif tiżviluppa karattru eċċ. F'din il-parti niffukaw fuq l-istadji kollha tal-proċess tal-kitba mill-abbuzzar sal-kitba u r-reviżjoni u d-diskussjoni.
Topiks ewlenin:
- L-esplorazzjoni tal-letteratura għat-tfal bħala mudell għall-kitba
- Fehim tal-proċess tal-kitba
- Kif tiżviluppa storja: għodod importanti biex tikteb storja bi plott interessanti u addattat għat-tfal iż-żgħar
- Kif tiżviluppa karattru: għodod importanti biex tiżviluppa karattru
- Dinjiet differenti li jolqtu l-esperjenzi tat-tfal
- L-inkoraġġiment ta’ kollaborazzjoni bejn il-pari/jew fi gruppi biex jingħata feedback kostruttiv
Learning Outcomes:
1. Knowledge and Understanding
Sal-aħħar tat-taqsima studju, il-parteċipanti se jkunu kapaċi:
- Jifhmu l-proċess tal-kitba u l-istadji tiegħu
- Japplikaw il-proċess tal-kitba fil-prattika
- Jiddiskutu u janalizzaw il-karatteristiċi ta’ ktieb għat-tfal
- Jippjanaw u jiktbu sett ta’ stejjer qosra għat-tfal
- Jagħtu u jirċievu feedback pożittiv u kostruttiv b’mod effettiv
2. Skills
Il-ħiliet ġenereċi u transferibbli jinkludu:
- Il-kreattività
- Il-komunikakazzjoni
- Il-ħsieb kritiku u analitiku
- Il-kollaborazzjoni
Main Reading List
- Browne, Anthony. Changes. Red Fox, 1995.
- Ellul, Leanne, and Stephanie Bugeja. Noè u l-Iskojjattlu bla Kwiet. Merlin Publishers, 2022.
- Geeta, V., and Giedrė Jankevičiūtė. Another History of the Children’s Picturebook: From Soviet Lithuania to India. J. Paul Getty Museum, 2017.
- Herbauts, Anne. What Colour Is the Wind? Book Island, 2016.
- De Lestrade, Agnès. Il-Fabbrika tal-Kliem. Translated by Clare Azzopardi, Merlin Publishers, 2015.
- Salisbury, Martin, and Morag Styles. Children's Picturebooks: The Art of Visual Storytelling. Laurence King Publishing, 2012.
- Sendak, Maurice. Where the Wild Things Are. Harper & Row, 1963.
- Watanabe, Issa. Migrants. Gecko Press, 2020.
-
STUDY-UNIT TYPE: Lecture
METHOD OF ASSESSMENT:
Component Weighting
Portfolio (matul il-kors) 50%
Reflective Diary (matul il-kors) 50%